Kemm hi sabiħa
l-Ġenna, dik is-Saltna
ta’ Dak Alla
li aħna naqdu!
Imma kemm tkun
isbaħ għalina
jekk ġemgħa kbira
ta’ erwieħ jidħlu
magħna hemmhekk,
mifdija bil-merti
ta’ Kristu
u bil-partiċipazzjoni
tagħnna!.
M. Teresa Spinelli
Merħba
bik fil-Website tagħna
Madre Teresa
Spinelli, Taljana, waqqfet L-Istitut tagħna Agostinjani
Qaddejja ta’ Ġesù u Marija fit-23 ta’ Settembru 1827, ġewwa
Frosinone. Bħala membri tal-Knisja aħna qegħdin għas-servizz
t’Alla fil-Knisja universali permezz tat-tagħlim fl-iskejjel
u kull fejn niġu mitluba biex inxandru il-Kelma t’Alla u
naqdu l-Poplu Tiegħu. Hi parti mportanti ferm fil-formazzjoni
tagħna li nitgħallmu nagħrfu s-sinjali taż-żminijiet u niftħu
qalbna ħalli naqdu bil-ferħ u bil-ġenerozità fuq l-eżempju
ta’ Kristu Qaddej.
SOS
Philippines
"Ħobb
il-proxxmu tiegħek"
Aqsam
magħna fil-kura ta’ ulied Alla ċkejknin u abbandunati