05.08.2002
Sharing in your Forum, I will describe Catholicism as a
universal religion handed to us from the apostles of Jesus
christ, son of Blessed Virgin Mary that proclaims trinitarian
gospel, golden rule and honor to mother of the Saviour.
Ann (USA)
23.07.2002
Xi tfisser ir-religjon Kattolika? Xi tfisser tkun Kattoliku,
Kattolika? Li waqt li jkollok mohh li tifhem, waqt li tifhem...
xorta qalbek tahfer, u tibqa' tahfer...
Sr Vania Bonello
16.01.2002
Alla lill-bniedem hallih fil-liberta' li jaghzel li jaghmel
dak li jrid hu b'hajtu u bil-liberta' li ghandu. Jien ma
nahsibx li Alla jikkastiga lil min jaghmel il-hazin, anzi
hu lest li jaccetta l-bniedem bil-hazin u t-tajjeb li ghamel
f-din id-dinja u jahfer lill-bniedem il-hazin li ghamel
ghal kemm il darba hemm bzonn. Ghalkemm Alla ma jikkastigax,
il-bniedem stess ikun jaf li qed jaghmel il-hazin ghax ma
ihossux kuntent ghax il-kuxjenza tieghu ma thallihx fil-kwiet.
Cristina Farrugia
09.12.2001
Love your enemies, do good to those who hate you, bless
those who curse you, pray for those who treat you badly
(Lk 6: 27-28). This is what being a Catholic means. This
is living what Christ himself lived before he asked it of
us.
Sr. Emma Micallef (Australia)
26.06.2001
Jiena nahseb li r-religjon kattolika hija bbazata fuq il-fidi.
Hija religjon naqra tqila u irid ikollok il-fidi kbira biex
temmen li l-bazi taghha huwa Gesù Kristu, li ma tistax
tarah. Imma hija religjon sabiha. Hija mezz li ggib l-ghaqda,
per ezempju waqt quddiesa u f’mumenti ohra fejn in-nies
jitolbu flimkien. Fir-religjon, bil-fidi, wiehed isib soluzzjoni
ghal hafna problemi. Il-fatt li r-religjon taghmlek shiha,
kuntenta, igieghlek temmen li bilfors hemm bazi ta’
verità.
Zewg affarijiet importanti hafna fir-religjon kattolika
huma, l-Ewkaristija, u l-Qrar. Waqt it-Tqarbin Gesù
jigi fina u fil-Qrar Alla dejjem lest li jahfrilna.
Jien nahseb li hajti ma jkollhiex sens minghajr ir-religjon
li gejt maghzula biex insegwi. Nemmen li mhux b’kumbinazzjoni
gejt go familja kattolika.
Charlene Vassallo
26.06.2001
Jiena kattolika. Ir-religjon kattolika hija mibnija fuq
l-imhabba, imhabba kbira li wrietna Persuna kbira, Alla,
li taghna lil Ibnu, b’imhabba kbira ghalina biex isalvana.
Alla jistenna li ahna nuru din l-istess imhabba u hniena
lejn dawk kollha ta’ madwarna, nies ta’ kull
nazzjon u religjon.
Cherylann Vella
26.06.2001
Kieku niddiskrivi r-religjon kattolika lil xi hadd mhux
Kattoliku, kont nibda billi nghidlu li ahna nqimu Alla wiehed
li baghat lil Ibnu biex sahansittra imut ghalina biex isalvana
mid-dnub.
Ir-religjon taghna ma timxix bil-gustizzja biss, imma bl-imhabba.
Ahna nirrispettaw lil xulxin bhala ulied u xbiha ta’
Alla. Ghalhekk nipprovaw nibnu hbiberiji sincieri u sodi.
Rosalie Spiteri
26.06.2001
Fir-religjon kattolika wiehed jafda f’Alla u jemmen
li huwa Missieru u l-Feddej tieghu. Fir-religjon kattolika
ahna nqisu lil kulhadd bhal ahwa u rridu l-gid lil kulhadd
anki lil min jaghmlilna d-deni. Dan hu li jaghmel ir-religjon
taghna differenti.
Maria Christina Gauci
25.06.2001
Me? How would I describe being a Catholic? I would simply
reply "Look at the many people who are trying to make
another's life better. Those 'serving' the needs of others."
Then you will be able to describe a Catholic!"
In reality, there are many 'Catholics' around. The tragedy
is, the ones who say "I'm not a Catholic" are
usually the ones that are! They are usually found in the
front line of serving others in humility, in silence. Then
there are the 'others' who proudly say 'I am a Catholic,
follow me to Church.' Unfortunately, unless the Church people
become the Serving People, then to describe the term 'Catholic'
will be ever more difficult!!
Sr.Lorraine Testa (Australia)
01.06.2001
Li kieku xi hadd ta' religjon ohra jigi jistaqsini fuq ir-religjon
tieghi, nibda billi nghidlu li r-religjon tieghi trid tittiehed
bis-serjetà u li mhix tac-cajt. Nghidlu ukoll li
r-religjon tieghi trid l-fidi biex wiehed ikun jista' jemmen
min hu Alla, xi jrid minna, kif ukoll x'inhi r-rieda t'Alla
u dak li ghamel ghalina. Nispjegalu kif Alla jhobb lil kull
wiehed u wahda minna, u tant habbna, li kien lest biex jissagrifika
hajtu ghalina biex dnubietna jinhafru.
Solange Cardona.
21.05.2001
A religion based on love.Think love and that's catholicism.
Alexandra Camilleri
21.05.2001
Ir-Religjon tieghi hi mibnija fuq Alla li stabilixxa l-Knisja
Kattolika li ezistenza taghha tmur sa l-ewwel seklu u li
l-ebda knisja ohra ma kienet tezisti sa minn dak iz-zmien,
u t-Tradizzjoni Sagra, kienet l-mezz ta’ taghlim ghal
dawk kollha li emmnu f’dak li Gesù u l-Appostli
ghallmu. It-taghlim nisrani gie zviluppat u mxandar mill-Knisja
Kattolika, li permezz tal-magisteru taghha giet imxandra
l-Bxara t-Tajba, li hija l-Verità, t-Triq u l-Hajja...
Il-Knisja Kattolika hija sagrament universali ta’
salvazzjoni li bih Kristu jwassal l-imhabba t’Alla
ghall-bniedem.
Il-Knisja hija mwaqqfa fuq is-sisien tal-Appostli, imma
r-ras huwa Kristu. Il-Knisja hi qaddisa, ghax Kristu stess
qaddisha b’mewtu, b’hekk bla ebda dubju l-Knisja
tingharaf li hi l-verità b’dawn il-karatteristici:
appostolika, qaddisa, universali u kattolika.
Il-Knisja bhala poplu ta’ Alla, huwa fatt li Alla
ma jridx li jsalva l-bniedem individwalment, imma kollettivament,
u kien ghalhekk li gabar dan il-poplu, sabiex hu jaghraf
lil Alla permezz dawn iz-zewg toroq:
* jaghraf lil Alla permezz tal-verità li hu Gesù
Kristu u fil-qdusija li nircievu mis-sagramenti;
* Kristu ghamel il-patt b’demmu u permezz ta’
dan il-patt ghamel poplu gdid, poplu differenti minn kull
grupp politiku, u minn kull grupp kulturali; infatti prova
ta’ dan il-Knisja mhix marbuta ma' gens partikulari,
imma b’mod universali.
Ir-religjon kattolika m'hiex biss sett ta’ ligijiet
li rrid nobdi, imma hi esperjenza ta' l-imhabba divina,
l-mahfra divina, l-qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu, grazzji
bl-abbundanza, dawn kollha rigali b’xejn moghtija
lilna minn Alla li tant habb lid-dinja u lill-bniedem li
baghat lil Ibnu fuq is-salib biex isalvana. Ghax Alla mignun
fuqna u ghax Alla jimpurtah mill-bniedem li halqu xbieha
tieghu u jixtieq ikollu relazzjoni ntima mieghu/maghha,
mhux biss biex jaghmilna persuni shah, imma ukoll shah fl-azzjonijiet
taghna, fil-hajja taghna u fir-relazzjonijiet ta’
bejnietna.
Alla qed jistedinna nilqghu dawn il-grazzi billi nintelqu
fih u permezz tas-sagramenti u talb ghandna access mieghu
l-hin kollu.
Send your
own opinion here: FORUM
E-MAIL
|